Muscat jakkuża lil Busuttil li ppubblika dak li qabillu

Iżda hu se jistenna l-eżitu tal-inkjesta li se jkollha t-traskrizzjoni kollha qabel jiddeċiedi

Il-Prim Ministru permezz ta' stqarrija qasira wieġeb għal konferenza tal-aħbarijiet li ta Simon Busuttil dwar it-transkritt li ħareġ mill-PN dwar l-isparatura tax-xufier tal-ministru Mallia.

Il-Prim Ministru qal li hu jagħmel l-affarijiet differenti mill-kap tal-oppożizzjoni u hu mhux se jkun selettiv f'dak li jippublika bħalma għamel il-partit Nazzjonalista li ppublikaw biss dak li qablilhom. L-istqarrija sħiħa tgħid hekk

"Hemm differenza fundamentali bejni u bejn il-Kap tal-Oppożizzjoni: Il-Kap tal-Oppozizzjoni qed jagħżel li jkun selettiv u joħroġ biċċiet tal-informazzjoni li jaħseb jaqblu lilu. Min-naħa tiegħi jien ħtart inkjesta indipendenti li għandha aċċess għall-informazzjoni kollha li jinkludu transcripts, recordings u kull prova oħra.

Jien nibqa' ntenni dak li għedt mill-bidu nett, jiġifieri li nistenna l-eżitu tal-inkjesta u mbagħad nieħu d-deċiżjonijiet kollha neċessarji kif dejjem għamilt skont il-fatti li jirriżultaw."

More in Politika