Min-naħa politika dan ma kienx episodju sabiħ - Joseph Muscat
Muscat jgħid ukoll li Busuttil irid iħares madwaru u jekk ma jsib xejn se jgħinuh huma
More in Politika
Muscat jgħid ukoll li Busuttil irid iħares madwaru u jekk ma jsib xejn se jgħinuh huma
Il_Prim Ministrru Joseph Muscat f'konferenza tal-aħbarijiet li fiha kine hemm preżenti l-ministru l-ġdid Carmelo Abela u l-Kummissarju l-ġdid Michael Cassar enfasizza l-bżonn li tinbena mill-ġdid il-fiduċja fil-Korp tal-Pulizija. Qal ukoll li s-sitwazzjoni kurrenti tal-korp ġejja min-nuqqas ta' investiment matul is-snin. Il-problemi fil-Korp ivarjaw minn kultura ta' ħabi għal attentati ta' cover up minn membri tal-korp biex jaħbu lil xulxin.
Il-Prim Ministru qal li min-naħa politika dan ma kienx episodju sabih u qed juri d-differenza bejn dan il-gvern u ta' qablu. Huwa saħaq li l-nkjesta saret fil-libertà kollha, fejn saħansitra l-Kap tal-Oppożizzjoni ġie mistieden biex jaħtar iċ-Chairman hu iżda rrifjuta.
“Fl-aħħar hawn Prim Ministru li jieħu d-deċiżjonijiet,” qal Muscat filwaqt li saħaq li f'Malta qatt ħadd ma ħallas ta' għemilu fil-kamp politiku iżda issa s-sitwazzjoni tal-kontabilità nbidlet. Hu qal li r-rapport tal-inkjesta tajjeb li l-politiċi kollha jaqrawh għax hemm x'titgħallem fih.
Il-Prim Ministru qal ukoll li l-Kap tal-Oppożizzjoni qata' barra bicca minn traskritt li kellu bl-għan li jwaħħal f'persuna partikolari. "Din hija diżonestà fl-aqwa tagħha, għax ħalla barra apposta biċċa importanti."
Semma wkoll li l-membri tal-bord tal-inkjesta qalu li Simon Busuttil għamel kummenti malafamanti li jikkostitwixxu pressjoni mhux xierqa u kieku qegħdin xi mkien ieħor ikollu jerfa' r-responsabbiltà għal dan.
Hawnhekk semma kif Busuttil għadu qed jiddefendi nies fix-shadow cabinet tiegħu: "persuna li xaħħam, persuna li kien involut f'għotja ta' tender ta' miljuni b'ittra ta' bank li ma jeżistix. Busuttil għandu jħares madwaru. Jekk ma jsib xejn ngħinuh aħna,” saħaq il-Prim Ministru
Il-Prim Ministru ċaħad li dakinhar kien jaf li t-tiri li ġew sparati ma kinux tiri ta' twissija.
Huwa qal li wara l-vaganzi tal-Milied se jinħatar Whip ġdid u kelliem ġdid għall-Gvern. Żied jgħid li Manwel Mallia qiegħed janaizza s-sitwazzjoni bil-mod tiegħu. Saħaq li lbieraħ lil Mallia ma tahx għażla jekk jiriżenjax jew le, iżda jekk jiriżenjax jew ineħħihx. Dan sar għad- diċenza u l-kortesija. Il-Prim Ministru qali jixtieq rwol għal Manwel Mallia għax hu ma jarmi lil ħadd u wara kollox Mallia ma nstabx ħati ta' cover-up.