Mallia ma jitfaċċax il-Parlament

Il-Gvern irid li għada  jiġi diskuss f'seduta sħiħa ir-rapport tal-inkjesta

is-siġġu tal-parlament ta' Manwel Mallia illejla kien vojt
is-siġġu tal-parlament ta' Manwel Mallia illejla kien vojt

Wara li llum il-prim ministru neħħa lil Manwel Mallia minn Ministru u floku ħatar lil Carmelo Abela, l-ex Ministru Mallia ma tfaċċax fis-seduta tal-parlament tal-lejla. Issa wieħed irid jara jkunx preżenti għada meta l-kamra iddedikat seduta sħiħa biex tiddiskuti l-każ tal-isparatura ta' Sheehan u r-rapport tal-inkjesta tat-tliet ex imħallfin.

Anke jekk l-oppożizzjoni waqqgħet il-vot ta' sfiduċja fl-ex ministru Mallia, issa li tneħħa, il-gvern irid li din il-kwistjoni tiġi diskussa fil-parlament.

More in Politika