L-Avukat Manwel Mallia li għadu kif tneħħa minn Ministru għat-tieni seduta konsekuttiva ma tfaċċax fil-Parlament anke jekk illum qed jiġi dibattut il-każ li wasslu biex intalab jirriżenja.
Il-Prim Ministru qal li Mallia kitiblu u infurmah li ma jiflaħx u poġġa l-istess ittra quddiem il-parlament fejn il-prim ministru kompla jinsisti li Mallia qallu li hu ma kienx ra l-istqarrija tal-gvern (dwar warning shots) qabel ħarġet. Saħaq ukoll li hu ma kienx jagħmel parti minn ebda 'cover up' u temm li se jibqa lejali lejn il-moviment laburista u l-gvern.