Owen Bonnici u Muscat ma jaqblux fuq il-futbol

Ched Evans li għadu kif ħareġ mill-ħabs talli wettaq stupru fuq tfajla ta' 19-il sena spiċċa ballun politiku

L-eks plejer ta' Sheffield United li f'Ottubru ħareġ mill-ħabs wara li serva nofs is-sentenza tiegħu ta' ħames snin ħabs fuq stupru ta' tfajla ta' 19-il sena f'kamra ta' lukanda, jidher li se jkollu t-tieni ċans tiegħu fil-futbol. Dan għax il-klabb ta' Hibs li jinsab maqtugħ sew fil-quċċata tal-klassifika se jingaġġah miegħu b'kuntratt ta' sitt xhur. Fi tweet, il-Prim Ministru Joseph Muscat wissa lil dawk li jmexxu Hibernians FC li dawn il-plejers jiġu meqjusin bħala idoli u li jekk jikkuntrattaw lil Evans, dan jista' jagħmel ħsara r-reputazzjoni tal-klabb, u sa ċertu punt, anke r-reputazzjoni ta' Malta.

Din l-aħbar jidher li qajmet kontroversja politika meta l-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici ma qablux għal mod kif ħarsu lejn din l-istampa kalċistika.

Sadattant fuq tweet ieħor Owen Bonnici qal li Ched Evans għandu jingħata t-tieni ċans. "Jekk nemmnu fir-rijabitazzjoni tal-priġunieri tagħna għandna nippratikaw dak li nipprietkaw."

U b'hekk jidher li dan il-plejer ta' 26 sena spiċċa bħala ballun politiku anke jekk s'issa dan il-ballun qed jintlagħab mill-istess tim.

 

More in Politika