L-avukat Jason Azzopardi li għadu kif inħatar bħala x-Shadow Minister tal-Ġustizzja kiteb fuq l-istatus tiegħu li l-PN hu sodisfatt għad-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali li se twassal biex f'pajjiżna jsir referendum storiku dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa.
Hu qal, "Dan ir-referendum qed isir bis-saħħa ta' liġi li ddaħħlet mill-Partit Nazzjonalista fil-Gvern. Din l-għodda demokratika tagħti l-poter tad-deċiżjoni f’idejn il-poplu Malti. Din hija l-ewwel darba li se tintuża din l-għodda u l-Partit Nazzjonalista jawgura li l-poplu Malti jagħmel l-għażla tiegħu f’kull libertà."
Fl-istess ħin allega li din l-għodda demokratika introdotta mill-Parti Nazzjonalista se titħaddem minkejja kull attentat mill-Gvern Laburista biex jiprova jaħrab milli jsir ir-referendum.
Dwar id-data l-avukat Azzopardi qal li id-deċiżjoni dwar id-data hija, skont il-liġi, deċiżjoni f’idejn il-President tar-Repubblika. Għaldaqstant il-Partit Nazzjonalista jistenna li l-President teżerċita dan il-poter wara li tkun ikkonsultat mal-partijiet kollha interessati.
Il-Partit Nazzjonalista kien għadu u jibqa’ favur l-użu ta’ dan ir-referendum u li l-għażla għandha tittieħed mill-poplu Malti u Għawdxi f’libertà assoluta u niżżel id-data li kitibha li hi żewġ minuti qabel intemmet id-9 ta' Jannar 2015 li għal Azzopardi tfisser data storika meta l-qorti iddeċidiet favur referendum.