Il-Papa jgħid li hemm limitu għal-libertà tal-espressjoni

Speċjalment iwaqqa' għar-ridikolu u jinsulta reliġjonijiet ta' ħaddieħor  

Il-Papa għamel dawn il-kummenti fir-relazzjoni tal-attakk tal-Iżlamisti fuq l-uffiċini tal-magazine satiriku, Charlie Hebdo fejn fihom mietu 12-il persuna. 

Skont l-Associated Press il-Papa Franġisku iddefenda l-liberta tal-kelma għax hu dover lki wieħed jitkellem dak li jemmen għal ġid komuni. Iżda qal li hemm limitu. 

U hawn semma lil Alberto Gasparri li jorganizza l-vjaġġi tal-papa u li dejjem ipoġġi ħdejh fuq l-ajruplan. 

“Jekk sieħbi Dr Gasparri jidgħi kontra ommi, jistenna daqqa ta' ponn mingħandi." u għamel il-mossa tal-ponn magħqud. "Hu normali. ma tistax tipprovoka. ma tistax tinsulta l-fidi ta' ħaddieħor. ma tistax tirridikola l-fidi ta' ħaddieħor."

Riċentament il-vatikan u erba' imams prominenti Franċiżi kkundannaw l-attakki iżda saħqu biex il-media titratta r-reliġjonijiet bir-rispett.

Il-papa Franġisku qal lil ġurnalisti qabel tela fuq l-ajruplan lejn il-Filippini minn Sri Lanka li kull reliġjon għandha d-dinjita tagħha u hemm limitu. "Il-liberta tal-kelma hu dritt u dover li għandu jintuża mingħajr ma joffendi. Hawn ħafna nies li jitkellmu ħażin dwar ir-reliġjonijiet, li jirridikolawhom. Dawn huma provokaturi u dak li jiġrilhom hu l-istess li jiġri lil Dr Gasparri jekk jitkellem ħażin kontra ommi. Għax hemm limitu f'kollox."

 

 

 

More in Politika