Wara li l-kap tal-Oppożizzjoni ħareġ jistqarr li hu se jivvota favur id-deroga li kien ġġieled hu stess għaliha, il-partit Laburista ħareġ stqarrija fejn qal, li Simon Busuttil jgħid li kien wieħed minn dawk li ġġieled għad-deroga, iżda ħa ġimgħa biex iddeċieda x’ser jagħmel
L-istqarrija tal-partit Laburista tkompli tgħid li l-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ma jistax jittieħed bis-serjetà meta fl-istess ħin li qed jgħid li huwa kien wieħed minn dawk li ġġieled għad-deroga, ħa ġimgħa biex iddeċieda x’għandu jagħmel. L-istqarrija tkompli tgħid li Simon Busuttil jikkonferma li hu dgħajjef.