Gonzi jiftakar fl-emails wara li rahom fuq il-Malta Today

Irrabja miegħu nnifsu għax nesa li Cathy farrugia kienet bagħtitlu e-mail biex jiltaqa ma żewġha

Għat-tieni seduta konsekuttiva fil-Kumitat Parlamentari tal-kontijiet pubbliċi dwar l-iskandlu taż-żejt tela jixhed l-ex prim ministru Lawrence Gonzi.

F’din is-seduta Lawrence Gonzi ġie imartellat b’mistoqsijiet min-naħa tal-Ministri Owen Bonnici u Edward Zammit Lewis dwar l-e-mails li ħarġu fuq il-Malta Today nhar il-Ħadd li għadda bejn l-ex prim ministru u Cathy Farrugia, l-mara ta’ George Farrugia.

Fis-seduta ta' qabel Gonzi kien xehed li ma kien jiftakar fl-ebda e-mails jew b'xi mod kien ikuntattjat mill-familja Farrugia. Iżda wara li raha l-emails li kienu pubblikati fuq il-Malta Today ta' nhar il-Ħadd li għaddha, Gonzi iorrabja miegħu nnifsu li kien nesa li Cathy Farrugia kienet bagħtitlu e-mail f'isem żewġha 'George' fejn talbet laqgħa mal-ex prim ministru. Laqgħa li skont Gonzi tenn għal kemm il-darba li ġiet miċħuda meta sar jaf li s-suġġett kien għoti ta' tender.

Gonzi qal li jinsab irrabjat miegħu nnifsu li nesa e-mail li lilu tagħmillu unur u mhux diżunur. Iżda l-fatt li George Farrugia kien imsemmi bħala George u li Cathy Farrugia bdiet l-emails tagħha lil dak li kien prim ministru ta' Malta tkellmu dwar il-familja tagħha u tistaqsi dwar il-familja ta' Gonzi kien jagħti indikazzjoni li kien hemm xi familjarita bejniethom, meta seduta ilu Gonzi qal li hu qatt ma ltaqa magħhom formali. Issa ammetta li kien jaf min huma iżda ma kienx familjari magħhom. Sadattant ftakar ukoll li Cathy farrugia kien jafha bħala s-segretarja ta' wieħed mid-diretturi ta' Mizzi fejn hu kien anke segretarju tal-Bord tagħhom qabel sar Prim Ministru.

Kien hemm ħin fejn tfaċċat e-mail oħra li Gonzi ma kienx poġġa fuq il-mejda tal-kamra, fejn deher li tħawwad meta ma setax isibha, iżda qal li għandu suspett li dik l-email ma kiinitx għandu għax kienet e-mail 'forwarded' lil żewġha George u mhux indirizzata lilu.

Gonzi kien mistoqsi wkoll jekk għorkitux għajnejh meta George Farrugia qallu li ma kienx hemm affarijiet nodfa wisq fl-EneMalta. Gonzi qal li kellem lil ministru konċernat u l-alegazzjonijiet ma ssarfu f’xejn. Allura ma ħassx il-ħtieġa li jkompli jaħseb fuqha.

Il-Ministru Bonnici reġa semma  li Farrugia qal li kien jagħti għajnuna finanzjarja lil Austin Gatt f’elezzjoni u kien jagħti arloġġ għal-lotterija għal PN.  Mitlub jekk forsi ftakarax f'xi ħaġa issa bħalma ftakar dwar l-emails, Gonzi qal li se jwieġeb l-istess li ma kienx jaf u safejn il-memorja tagħtih u dak li seta jivverifika m’għandu mkien reġsitrat li hu kellu laqgħa mas-Sur Farrugia. Qal li d-diary tiegħu kien jinkludi kollox u ma fih xejn dwar dan.

 

 

 

 

More in Politika