FlyHermes titwaqqaf milli topera mill-gvern

Kienet qed tagħmel ħsara irreperabbli fir-reputazzjoni tat-turiżmu Malti 

Dan il-portal kien ħabbar li FlyHermes kienet linja tal-ajru ġdida reġistrata Malta ta’ familja minn Sqallija li kienet se tibda titjiriet regolari lejn Comiso fi Sqallija u Torino. Kienet aħbar li ntlaqgħet tajjeb ħafna mill-eluf ta’ Maltin li jħobbu jżuru Sqallija nkella jmorru jaraw xi partita futbol Turin. Dan is-servizz fil-fatt beda f’nofs Diċembru li għadda.

Iżda s-servizz ta’ din il-linja tal-ajru dam mill-Milied sa San Stiefnu meta ġimagħtejn ilu ħalliet passiġġieri Turin u anke Comiso jistennew għalxejn mingħajr mal-ajruplan tfaċċa. Barra hekk kien hemm diversi drabi oħra li dan l-ajruplan ma żammx mal-ħin u kien għalhekk li l-avjazzjoni ċivili Taljani kienu ssospendewh milli jopera sa ġimgħa ilu.

Issa l-Gvern Malti ħa azzjoni u l-liċenzja li joperaw ġiet sospiża mill-avjazzjoni ċivili Maltija. Il-Ministru tat-Turiżmu, Edward Zammit Lewis qal li din il-kumpanija kienet qed tagħmel ħsara fir-reputazzjoni ta’ Malta u l-liċenzja ġiet miżmuma ħalli titwaqqaf il-ħsara li diġà saret.

 

 

More in Politika