Stħarriġ juri li l-Partit Laburista għadu b'9 punti fuq il-PN
L-aktar li jinkwieta l-Maltin hi l-immigrazzjoni u l-prezz tal-fjuwil jinteressa biss 1% tal-maltin
More in Politika
L-aktar li jinkwieta l-Maltin hi l-immigrazzjoni u l-prezz tal-fjuwil jinteressa biss 1% tal-maltin
Skond ir-riżultati ta’ stħarriġ li għadu kemm twettaq minn InsightPolls, id-dħul personali huwa l-iżjed suġġett li qed jinkwieta lill-Maltin, segwit mill-immigrazzjoni.
InsightPolls huwa servizz ġdid ta’ riċerka li qed jitwassal mill-kumpaniji MISCO International Limited u Corporate Identities Limited, kumpaniji esperti fil-qasam ta’ l-istħarriġ online.
L-istħarriġ li sar bejn it-22 u s-26 ta’ Jannar kien jinvolvi s-sehem ta’ madwar 560 persuna, rappreżentattivi tal-popolazzjoni Maltija kemm f’dik li hi età kif ukoll sess. Fl-istħarriġ li sar permezz ta’ l-email, dawk li rrispondew kienu ppreżentati b’sett ta’ issues u mitluba jindikaw liema minnhom l-iżjed li jinkwetawhom fuq livell personali. L-indiċi t’hawn taħt turi liema huma dawk l-oqsma li l-iżjed jinkwetaw lil dawk li rrispondew.
L-iżjed issues li jinkwetaw fuq livell personali
Dħul Personali 27%
Immigrazzjoni 17%
Spejjeż ta’ l-għixien 12%
L-ambjent fejn noqgħod 11%
Sigurtà personali 8%
Impjieg stabbli għalija u għal familjari tiegħi 7%
L-Edukazzjoni 4%
Is-Saħħa 3%
Il-kontijiet tad-Dawl u ta’ l-Ilma 2%
It-Traffiku 1%
Il-prezz tal-fjuwil 1%
Oħrajn 3%
L-ebda problema partikolari 4%
Dawk li rrispondew waqt dan l-istħarriġ intalbu wkoll jesprimu liema fl-opinjoni tagħhom hija l-iżjed problema ewlenija ta’ pajjiżna bħalissa. L-immigrazzjoni ħarġet bħala l-iżjed problema urġenti segwita mill-qasam tas-saħħa. L-indiċi t’hawn taħt juru l-problemi li l-iżjed li ssemmew fl-istħarriġ.
Il-problema ewlenija ta’ Malta
L-immigrazzjoni 39%
Is-saħħa 17%
Spejjeż ta’ l-għixien 10%
L-Ambjent 10%
Il-liġi u l-ordni pubblika 7%
l-Ekonomija 5%
l-Edukazzjoni 4%
Il-produzzjoni ta’ l-enerġija 2%
Il-Pulizija 2%
Il-Qgħad 1%
It-Trasport Pubbliku 1%
Il-Kredibbiltà 1%
L-ebda problema partikolari 1%
Dawk li rrispondew jinsabu ġeneralment sodisfatti bis-sitwazzjoni ekonomika tal-pajjiż. Fil-fatt 64% qalu li jħossuhom sodisfatti ħafna jew sodisfatti filwaqt li 34% qalu li ma tantx huma sodisfatti jew li m’huma sodisfatti xejn.
Il-livell ta’ sodisfazzjoni bis=sitwazzjoni ekonomika tagħhom huwa ftit inqas – fejn huma 61% li qalu li jħossuhom sodisfatti ħafna jew ftit sodisfatti. 39% ta’ dawk li rrispondew qalu li ma tantx huma sodisfatti jew xejn sodisfatti bis-sitwazzjoni personali tagħhom.
57% qalu li bħalissa mhuwiex iż-żmien oppurtun li jagħmlu akkwisti importanti filwaqt li 43% qalu li dan iż-żmien jista’ jkun opportun biex jagħmlu akkwisti importanti.
Dawk li ħadu sehem fl-istħarriġ kienu mistoqsija wkoll kif jaħsbu li jivvutaw li kieku kellha ssir elezzjoni għada. 44% qalu li jivvutaw lill-Partit Laburista, 35% qalu li jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista, filwaqt li 4% qalu li jivvutaw lill-Alternattiva Demokratika.
17% ta’ dawk li rrispondew ma qalux kif jivvutaw jew qalu li ma jivvutawx.