Il-Komunisti Maltin jappoġġjaw l-pożizzjoni ta’ Sant b’solidarjetà mal-poplu Grieg

Dr Alfred Sant appoġġja l-proposta tal-Gvern Grieg sabiex jittaffew il-piżijiet tas-self kbir li għandha l-Greċja mal-bqija taż-żona Ewro.

Il-Partit Komunista Malti jappoġġja s-sejħa li qed jagħmel Dr Alfred Sant fil-Parlament Ewropew lill-Alleanza tas-Soċjalisti u Demokratiċi (S&D) sabiex din l-alleanza tappoġġja l-proposta tal-Gvern Grieg sabiex jittaffew il-piżijiet tas-self kbir li għandha l-Greċja mal-bqija taż-żona Ewro.

“Il-pożizzjoni meħuda minn Dr Alfred Sant tikkontrasta bil-kbir mal-pożizzjoni li qed jieħu l-Gvern li qed jinsisti li l-Greċja tonora l-obbligi u t-trattati li għandha ma’ żona ewro li qablu magħhom amministrazzjonijiet Griegi ta’ qabel. Dawn l-obbligazzjonijiet iffisru kontinwazzjoni tal-miżuri ta’ awsterità imponuti fuq il-klassi tan-nies tax-xogħol mill-Unjoni Ewropea.”

Il-Partit Komunista Malti qal li “ma kinux il-ħaddiema li ġabu kollass ekonomiku fil-Greċja, imma s-sistema kapitalista spekulattiva. Il-Partit jkompli jagħti appoġġ il-pożizzjoni li qed jieħu l-Gvern Xellugi tal-Greċja sabiex jiddefendi l-interessi tal-klassi tal-ħaddiema.

More in Politika