Busuttil jaħsel idejh minn Michael Falzon
Busuttil ma jsemmi xejn dwar il-kont ta' Austin Gatt fli Żvizzera
More in Politika
Busuttil ma jsemmi xejn dwar il-kont ta' Austin Gatt fli Żvizzera
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal fi stqarrija li wara li ra dak li kiteb Michael Falzon fuq Facebook, fejn ammetta li hu kellu €465,000 mfaddlin fl-HSBC f'Ġinevra, stqarr li hu jibqa’ jikkunsidra dak li qal f'dawn l-aħħar jiem u li ma jqisx li hu aċċettabbli li nies li jkunu personalitajiet pubbliċi jew politiċi jkunu involuti fi skandli bħal dawn.
Busuttil injora l-fatt li Falzon kien irripatrija l-flus permezz ta’ amnestija tal-gvern Nazzjonalista qabel l-2008. Ma qal xejn anqas dwar il-każ ta’ Austin Gatt li kien ġie żvelat fl-2013 li kellu kont Żvizzeru.
Il-Kap Nazzjonalista qal li dawk imċappsin ma' dan l-iskandlu, huma min huma jridu jġorru r-responsabilità tagħhom quddiem il-liġi. "Jekk hemm min minnhom li għandu xi konnessjoni uffiċjali mal-Partit Nazzjonalista, jista’ jikkunsidra lilu nnifsu sospiż immedjatament mill-partit.”
Temm jgħid li l-Perit Falzon għandu jkun jaf li s-sospensjoni tiegħu mill-Partit hi waħda immedjata.