(AĠĠORNAT) Justyne Caruana tgħid li anzjani ġew mġegħlha jiffirmaw petizzjoni

qalet li se tibqa’ taħdem bla waqfien biex ma jkun hemm l-ebda abbuż ieħor fuq l-anzjani.

Is-Segretajru Parlamentari Justyne Caruana tiċħad l-allegazzjonijiet bla bażi tal-Partit Nazzjonalista. Fl-istess ħin tikkonferma li se tibqa’ iebsa ħafna fil-konfront ta’ abbużi fuq l-anzjani.

Waqt il-laqgħa msemmija, is-Segretarju Parlamentari żgurat li l-ebda officer-in-charge mhi ser tiċċaqlaq minn postha. Madankollu, is-Segretarju Parlamentari ma setgħetx tibqa’ passiva dwar il-mod ta’ kif seħħ abbuż fuq l-anzjani membri minn ċerti officers-in-charge. Dan l-abbuż sar meta ċerti anzjani kienu mġiegħla jiffirmaw petizzjoni, uħud minnhom mingħajr ma kienu jafu x’kien hemm miktub fiha.

Kien għalhekk li l-ħaddiema ntalbu jirrimedjaw għal dan l-abbuż, kif fil-fatt sar.

Is-Segretarju Parlamentari mexxiet il-liġi kontra l-abbuż fuq l-anzjani u se tibqa’ taħdem bla waqfien biex ma jkun hemm l-ebda abbuż ieħor fuq l-anzjani.

Minkejja li l-Oppożizzjoni qablet mal-liġi kontra l-abbuż fuq l-anzjani, fil-mument tal-prova mhijiex tappoġġja lill-Gvern għall-gwadann ta’ ftit punti politiċi.

aktar qabel:

Il-Partit nazzjonalista qed jitlob lil Prim Ministru Joseph Muscat bie xjieħu azzjoni fuq theddid li hu allegat li għamlet is-segretarju Parlamentari Justyne Caruana lil ħaddiema li kienu qed jimxu skont direttivi tal-Union tagħhom, UĦM. 

F'intervista lil maltarightnow wieħed mill-ħaddiema allega li Caruana ħeddet li tirraporta li managers tad-day centres lill-kummissarju tal-pulizija jekk jobdu d-direttiva legali li ħarġet il-UĦM. 

Hu allegat li Caruana heddet lil ħaddiema li jpattuha qares u li huma m'huma xejn. Aktar kmieni din il-ġimgħa l-UĦM qalu li Caruana heddet li tirraporta lil carers tad-day centre jekk ma jiċċaqalqux mid-day centres. 

Caruana qed tinnega dawn l-algazzjonijiet. Sadattant il-PN talbu lil Prim Ministru biex jieħu azzjoni kontra Justyne Caruana, "Issa l-prim ministru għandu test ċar jekk verament jemmen f'responsabilita politika, għandu jieħu azzjoni immedjatament." 

More in Politika