Inqabdet brimba kbira ta' korruzzjoni fir-Rumanija
Is-senswali kandidat għal presidenza u ħabiba intima tal-eks president, Elenea Udrea investigata bħala l-moħħ
More in Politika
Is-senswali kandidat għal presidenza u ħabiba intima tal-eks president, Elenea Udrea investigata bħala l-moħħ
Il-prosekuturi ta' kontra l-korruzzjoni fir-Rumanija sabu għanqbuta massiva ta' korruzzjoni politika allegatament ko-ordinata mill-istilla tal-politika Rumena, Elena Udrea, protegee u ħabiba intima tal-eks president Traian Basescu mill-2004 sal-2014. is-sena l-oħra ikkontestat għal presidenza tar-Rumanija iżda ġiet ir-raba.
Elena Udrea, eks ministruy tal-iżvilupp reġjonali u t-Turiżmu tpoġġiet taħt 'house arrest' wara l-akkużi li hemm fuqha ta' korruzzjoni politika. Qed jingħad li dan hu l-akbar skandlu ta' korruzzjoni li qatt raha l-poplu Rumen.
Mrs. Elena Udrea hi akkużata li ġiet imxaħħma u abbużat mill-poter f'żewġ 'dossiers' datati mill-2011. Il-prosekuturi qqed jgħidu li għandhom evidenza li rċeviet rigali finanzjarji minn negozjant Rumen biex tbiddel il-kors tal-ġustizzja. Hi qed tiġi akkużata b'ħasil ta' flus u abbuż ta' poter. Udrea qed tiġi investigata dwar il-Microsoft, fejn magħha hemm diversi ismijiet oħra ta' politiċi Rumeni u l-każi ta' Gala Bute, Udrea hi wkoll akkużata li ħadet nofs miljun ewro bħala tixħim mill-eks tennis player Rumen, Dinu Pescariu.
Iżda Elena li għandha 41 sena qalet li hi sfat vittma ta' 'frame up' maħdum mis-servizzi sigrieti u għedewwa politiċi filwaqt li saħqet li hi qatt ma kkommettiet dawk il-krimini.
Il-kumitat Parlamentari iovvota 30 kontra 1 biex tiġi investigata u titneħħa minn fuqha l-immunita mill-prosekuzzjoni. Fl-istess ħin li tneħħitilha l-immunita, il-qorti suprema tar-Rumanija tat ordni bie xtiġi arrestata għal 30 ġurnata sakemm issir l-investigazzjoni dwarha. Hi appellat u ħarġuha mill-ħabs wara ġimgħa u issa tpopġġiet arrestata f'dara stess.
Sal-lum diversi nies assoċjati ma' Mrs Udrea ġew akkużati b'offiżi kriminali mill-prosekuturi ta' kontra l-korruzzjoni. Fosthom l-eks żewġha, li kien il-konsulent tagħha u l-manager tal-kumpanija tagħha.
Sadattant din il-mara imsemmija għas-senswalita tagħha talbet li ċ-ċella tagħha ssir bil-wallpaper u l-bars u r-radiator tal-ħabs jinżebaħ għax qalet li l-ħabsijiet fir-Rumanija mhumiex fost l-aħjar.