It-tilqima kontra l-influwenza kienet effettiva biss fuq 3% ta’ min ħadha

Il-Ministru Mizzi qal li l-gvern kien jaf li din mhix effettiva lejn tmiem Jannar

Claudette Buttigieg staqsiet lill- Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa li peress li fil-bidu ta’ Diċembru 2014 l-awtoritajiet tas-saħħa Amerikani avżaw li t-tilqima kontra l-influwenza ta’ din is-sena ma ħadmitx daqs kemm kien mistenni fuq livell internazzjonali u peress li fil-bidu ta’ Frar 2015 l-awtoritajiet fir-Renju Unit iddikjaraw li f’pajjiżhom it-tilqima kienet effettiva biss fuq madwar 3% ta’ min ħadha. Għalhekk staqsiet lil Ministru jgħid kemm hu stmat li kienet effettiva f’Malta?

Il-Ministru Mizzi wieġeb li l-European Centre for Disease Prevention and Control (ECDC) fil-mid season risk assessment tiegħu dwar l-influwenza fl-emisfera tat-tramuntana qed ikun kalolat illi l-vaccine huwa effettiv f'inqas minn 25%. Il-ministru kompla jgħid li l-ewwel indikazzjonijiet li l-vaċċin ma kienx effettiv daqs kemm mixtieq fl-emisfera tat-tramuntana hargu f’Diċembru 2014 miċ-Centre For Disease Control,  fl-Istati Uniti.  Fl-Ewropa l-aħbar ħareġ uffiċjalment mill-European Centre for Disease Control fl-aħħar ta’ Jannar 2015.

Claudette Buttigieg qalet li l-awtoritajiet tas-saħħa Maltin kellhom ħjiel sa minn Ġunju 2014 li t-tilqima kontra l-influwenza ta’ din is-sena ma kenitx se taħdem fuq livell internazzjonali u staqsiet ukoll x’kienu l-prekwazzjonijiet li l-ministru ħa dwar din. Il-Ministru Mizzi wieġeb li saru bosta kampanji edukattivi fil-media, kemm fuq it-television u r-radju, kif ukoll permezz ta’ flyers u adverts ffukati sabiex jaghtu taghrif  fuq mizuri ta’ prevenzjoni.

More in Politika