Nispera li l-pulizija jiċċekkjaw il-files kollha sal-ġurnata tal-lum – Busuttil

Saħaq fuq in-nuqqas ta’ kredibilita tal-Prim Ministru u ammetta li l-PN naqas mal-kommunita Gay

 

Il-Kap tal-oppożizzjoni, Simon Busuttil kien immartellat bis-soliti mistoqsijiet li kapa1i jagħmel Reno Bugeja fuq il-programm tiegħu Dissett. Simon Busuttil beda b’mod kemmxejn kawt iżda mal-ħin beda jwieġeb b’mod aktar assertiv.

Fl-aktar mistoqsija mistennija Busuttil wieġeb b’mod ftit mistenni meta qal li jistenna li l-pulizija jinvestigaw il-files kollha fil-ministeru ta’ Għawdex mhux sal-elezzjoni li għaddiet iżda anke ta’ danw l-aħħar sentejn.

Mistoqsi minn Bugeja jekk hux qed jimplika xi ħaġa, Busuttil wieġeb li mhu qed jimplika xejn iżda jippretendi li l-pulizija jagħmlu xogħlhom tajjeb u jiċċekkjaw kollox.

Dwar għaliex ma ssospendiex lil Giovanna Debono kif għamel lill-eks ministri Falzon u Zammit, Busuttil qal li il-każi huma differenti, Falzon u Zammit gaħmlu ammissjoni li kien hemm żzmien li ma ħallsux taxi għal flus li kellhom barra, iżda Debono ċaħdet kategorikament.

“Irrid nistenna l-eżitu tal-investigazzjoni tal-pulizija qabel niddeċiedi”. Hawnhekk semma li sitt xhur ilu kien hemm allegazzjonijiet iebsin fuq George Pullicino u sal-ġurnata tal-lum miet kollox fuq ommu. Semma wkoll  ir-rapport ta’ Dalli fejn qalu li se jmorru l-ħabs in-nies, “għaddew sena u nogfs u ma nstema xejn. Allaħares naqta l-irjus hekk qabel jsiru l-investigazzjonijiet li wara ħafna xhur u snin jibqa ma jinstema xejn.” Meta Bugeja pprova jqabillu l-każ ta’ Mallia ma’ dak ta’ Giovanna Debono, hu qal li huma talbu r-riżenja ta’ Mallia meta kellhom il-provi f’idejhom. Fil-każ ta’ Giovanna, Busuttil qal li m’hemm xejn konkret s’issa.

 

Busuttil tkellem dwar fejn wasal il-partit fil-maratona tiegħu għar-rebħ tal-elezzjoni. Busuttil qal li f’maratona wieħed jistenna t-tmiem u mhux jibda jkejjel f’nofsha. Qal ukoll li hu jaf li l-elezzjoni tal-Kunsilli lokali l-partit laburista jibqa b’maġġoranza għax huma lokalitajiet Laburisti, “iżda rridu nkunu determinati bie xinġibu l-aħjar riżultat. Xogħli hu li nwassal il-messaġġ u jiġġudika l-poplu.”

 

Busuttil qajjem il-każ tal-power station li flok infetħet il-ġdida saret festa għax ingħalqet dik tal-marsa. Semma l-iskandlu tal-Kafe Premier fejn sejħilha bawxata tinten, “għax in-nuqqas ta’ trasparenza toħloq is-suspetti”. Semma wkoll dak li qed isejjaħlu skandlu kbir dwar l-indħil ta’ ministru Mizzi minfejn jinxtara ż-żejt fejn meta l-preżentatur qallu li f’dan m’hemmx kummissjoni bħalma hemm fli skandlu tż-żejt li qed jiġi investigat, Busuttil qal li hu ma jafx jekk kienx hemm kummissjoni.

 

Mistoqsi jekk jafx li hemm xi deputati jew eks ministri li għandhom flus investiti barra, Busuttil wieġeb li kollha ddikjaraw li m’għandhomx flus li m’humiex dikjarati. “Li jkollok flus investiti barra mill-pajjiż għandek dritt basta tiddikjarahom. Jien għandi flus investiti barra u kollha huma dikjarati. Mitlub iwieġeb lil Prim Ministru fejn qal li l-partit nazzjonalista ma ħassx il-ħtieġa li jitlob il-lista ta’ min kellu flus investiti  fl-Iżvizzera meta kien fil-gvern Busuttil wieġeb b’mistoqsija oħra, “Għaliex stenna sentejn biex talab il-listi l-prim ministru? Talabhommeta fuq il-media ħarġu li kien hemm ismijiet ta’ eks ministri Nazzjonalisti.” Il-kap tal-oppożizzjoni qal li hu ma jaqbilx mal-prim ministru lit aha amnestija lil Ninu Zammit għax jaqbel li fejn jidħlu politiċi l-amnestija m’għandiex tapplika.

Fl-aħħar tkellem dwar il-kommunita LGBTI fejn qal li l-partit nazzjonalista żbalja u naqas lill-kommunita gay meta astjena u llum fetaħ il-partit, “minn partit li tliet snin ilu kien kontra d-divorzju għal partit li vvutajna favur l-liġi tal-gender equality.”

More in Politika