Il-kostituzzjoni għandha tinkludi d-diżarm fil-Mediterran - Fr Mark Montebello

Muscat jitlob li jkun hemm ħsibijiet diversi dwar xi tfisser Ewropa u Busuttil jattakka lil Tsipras bħala populist

Fr. Mark Montebello talab lil gvern biex jemmenda l-kostituzzjoni u jinkludi li jkun hemm diżarm fil-mediterran. Hu kien qed jagħlaq konferenza mill-40 anniversarju tad-dikjarazzjoni ta' Helsinki li kienet immirata bie xjitjiebu r-rleazzjonijiet bejn il-Lvant u l-Punent tal-Ewropa. 

Il-Prim Ministru Muscat qal li wasal iż-żmien li jkun hemm ħsibijiet differenti għal xi tfisser l-ewropa. Qal li jiġri x'jiġri mill-kriżi tal-Greċja se jkun ta influwenza kbira għad-direzzjoni tal-ewropa fl-għaxar snin li ġejjin.

Il-Kap tal-oppożizzjoni, Simon B usuttil attakka lil Prim Ministru Grieg, Tsipras li farrak pajjiż bil-populiżmu tiegħu. "Meta kap ta' stat iressaq pajjiż sax-xifer u imbagħad jirtira fl-aħħar minuta, jikkreja sitwazzjoni li tipproduċi drama u populiżmu għal żmien qasir li ma taħdimx."

Roberta Metsola qalet li Malta għġandha tilgħab rwol ċentrali fit-taħdidiet għal paċi fil-Libja għax gruppi bħal ISIS ma jistgħux jitħallew spazju fejn jistgħu jimirħu b'mod faċli.

 

More in Politika