Wara 17-il siegħa ta' negozjar sa fl-aħħar intlaħaq qbil bejn il-mexejja Ewropej għat-tielet programm ta' self għall-Greċja. Dan se jfisser li dawn in-negozjati, deskritti bħala iebsin mill-PM Grieg Tsipras, se jwasslu għal programm ta' riformi fil-pajjiż. Jean Claude Juncker qal li dan ifisser li mhux il-Greċja mhux se tkun qed tħalli iż-żona ewro filwaqt li sejjaħ il-qbil bħala "arranġament Ewropew "tipiku". Juncker ċaħad li l-Greċja ġiet umiljata.