Tsipras se jsib ribelljoni ma' wiċċu fil-Greċja

...hekk kif jidher li aċċetta ftehim iktar iebes minn dak li l-Griegi ivvutaw LE għalih ġimgħa ilu

Tsipras..il-fortuni politiċi tiegħu jistgħu jieħdu tisbita
Tsipras..il-fortuni politiċi tiegħu jistgħu jieħdu tisbita

Il-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras se jsib ma' wiċċu ribelljoni politika ma' wiċċu kif imur lura l-Greċja hekk kif 15-il Deputat diġa għamluhielu ċara: "Ma tistax tiddependi fuqna għall-appoġġ għal iktar riformi".

Din ir-ribelljoni bdiet titħawwar wara li Tsipras huwa mifum li aċċetta ftehoim mal-Ewropej li huwa iktar iebes minn dak li 61% tal-poplu Grieg ivvota kontrieh. Charalambos Gotsis, ekonomista li tkellem mas-sit tal-euronews qal illi dan il-ftehim se jfisser "aktar riċessjoni għall-Greċja", speċjalment għal dawk il-votanti xellugin li normalment jivvutaw lill-Partit tas-Syriza. 

Allura l-mistoqsija tibqa; Tsipras aċċetta ftehim li ma setgħax jgħaddi mingħajru jew għadda lill-poplu Grieg biż-żmien u temagħhom tama li ma teżistix? Iż-żmien jagħtina parir.

More in Politika