Numru ta' lmenti għand l-ILLUM wara l-każ ta' Scerri Taylor

Nuqqas ta' qbil u ħlas minn residenti fi blokk ta' appartamenti tal-Gvern iwassal għall-qtugħ tad-dawl fil-komun

Binja Ħamrija, Naxxar
Binja Ħamrija, Naxxar

Il-każ ta' Stella Scerri Taylor li kien żvelat mill-ġurnal ILLUM qajjem interess minn bosta qarejja tal-ILLUM li ressqu l-ilmenti tagħhom dwar sitwazzjonijiet simili. Fost dawn qarrejja tal-ILLUM minn Ħal Kirkop qalet li fi blokka partikolari il-lift ilu ma jaħdimx għal 8 snin sħaħ. 

Persuna oħra spjegat lil dan is-sit illi nqata' d-dawl tal-komun tal-blokka wara li persuna "li qegħda tgħix fl-apartament b'kuntratt" naqqset milli tħallas. Din il-persuna bagħtet hekk lil dan is-sit:

 "Rigward l-istorja tal-ILLUM fuq il-lift bil-ħsara aħna ninsabu bl-istess problema. Persuna ma tridx tħallas is sehem tagħha u jekk jogħġbok din daħlet bil-kuntratt bħal ma daħal kulhadd u għalhekk inqatalna d-dawl. Ilna sejrin hekk għal dawn l-aħħar kważi 3 xhur. Nista ngħid li sibna il-bibien magħluqa sew fiż-żmien dan il-Gvern u sew ta qabel. Qalulna li m'hemmx inforzar biex iħallsu. Imma ngħid jien jekk dħalt bil-kuntratt li jgħidli  int fid-dover li mill-bieb il-ġewwa kif titħalla ma thallasx is-sehem tiegħek"

Mal-ġurnal l-ILLUM il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali Michael Farrugia qal li l-Gvern qed jaħdem bħalissa biex jitwaħħlu 24 lift f'blokkok differenti kif ukoll li jkunu urranġati dawk bħal ta' Scerri Taylor fin-Naxxar. Farrugia fakkar kif bħala Ministru hu ma jistax jaqbad u jordna it-twaħħil jew irranġar ta' lift mingħajr ma jsegwi l-proċess ta' tendering. Madanakollu huwa wiegħed li t-tenders ġew aġġudikati u x-xogħol se jkun qed jibda. 

Stella Scerri Taylor hija mara li 6 snin ilu sofriet minn attakk ta' puplesija u li minn mindu waqaf jaħdem il-lift f'Binja Ħamrija n-Naxxar spiċċat maqfula f'darha, mingħajr il-possibilita' li toħroġ.

More in Politika