Qed iħabbat il-bibien u jitlob għall-ikel

Raġel irrapurtat minn qarejja tagħna li f'Tas Sliema u l-madwar qed iħabbat u jitallab għall-ikel

Jitallab f'Tas Sliema
Jitallab f'Tas Sliema

Qarrejja tal-illum.com.mt għamlet kuntatt magħna biex tesprimi x-xokk tagħha hekk kif raġel li hija ddeskiviet bħala "maħmuġ ħafna" u liebes ħwejjeġ li huma" iktar qishom ċraret" ħabbat il-bieb tad-dar tagħha u staqsieha għal xi ikel għax kellu l-ġuħ. Ir-raġel, li l-qarejja ta' dan is-sit iddeskrivietu bħala "ġuvni madwar 20 u 30 sena", qalilha li kien ilu ma jiekol ħafna ġranet u li kellu bżonn jistejqer xi ftit.

Il-qarrejja kienet ixxukkjata u qatt ma stenniet li tara xi ħaġa bħal din quddiem għajnejha u dak il-ħin, anke sforz id-dubji li kellha, qaltlu li ma kellhiex. Minkejja dan, meta ikkuntattjat l-illum.com.mt hija stqarret illi filwaqt li tinsab dispjaċuta li beżgħet u ma tagħtux għajnuna, tinsab ukoll ikkonċernata ħafna. "Din il-biċċa qat ma ġratli,Nħoss li affarijiet bħal dawn huma verament inkwetanti".  

More in Politika