L-Awtorita' tax-Xandir għandha tiċħad applikazzjonijiet għal stazzjonijiet tal-pornografija

L-MCWO tisħaq illi l-pornografija hija ħażina għar-relazzjonijiet għax toħloq aspettativi għoljin wisq

l-MCWO tipproponi li aplikazzjonijiet għal stazzjonijiet tal-pornografija jkunu miċħudin
l-MCWO tipproponi li aplikazzjonijiet għal stazzjonijiet tal-pornografija jkunu miċħudin

Mas-sit illum.com.mt iċ-ċerpersin tal-Kunsill Malti tal-Għaqdiet tan-Nisa (MCWO) Lorraine Spiteri tenniet il-pożizzjoni tagħha kontra li l-pornografija tingħata xi forma ta' aċċettazzjoni mill-Gvern minħabba li hija industrija illi tkisser id-dinjita' tal-persuna. Meta mistoqsija x'qed tipporponil-MCWO hija qalet illi filwaqt li l-internet huwa miftuħ u jista jintuża minn kulħadd bil-mod li jidhirlu, fejn huwa possibbli l-pornografija għandha tkun imrażżna. Spiteri tgħid li l-MCWO taqbel illi jekk l-Awtorita' tax-Xandir tirċievi applikazzjoni mingħand kumpanija li tipprovdi servizz ta' televiżjoni biex jinfetaħ stazzjon tal-pornografija, din għandha tiċħadha.

Spiteri saħqet illi l-istqarrija maħruġa aktar kmieni illum tirrijaferma l-pożizzjoni tal-MCWO kontra l-pornografija minħabba li, skont l-MCWO, dan jagħmel ħsara anke lill-koppji f'realazzjoni. Mistoqsija għaliex taħseb hekk hija qalet li l-pornografija toħloq ċerta aspettativa li tista ma tintlaħaqx f'relazzjoni. Hija żiedet tfakkar illi l-pornografija hija negozju li jinvolvi ħafna miljuni u li dak li persuna tkun qed tara jkun kollu miktub u mhux reali. 

Spiteri kompliet tgħid illi l-pornografija tmur kontra dak li temmen hi ghax minflok tgħallem lin-nies ikunu assertivi, qed titfa' pressjoni żejda u qawwija biex dak li jkun jagħmel atti bħal dawk li rat fil-pornografija. Hija tgħid illi kull ħaġa, inkluż dan l-abboz li jaffetwa d-dinjita' tal-bniedem għandu jkun "riġettat".  

More in Politika