2,000 immigrant jippruvaw jidħlu r-Renju Unit permezz tal-Eurotunnel

Ikkunsidrata bħala waħda mill-ikbar missjoni ta' traffikar

il-ferrovija tal-Eurotunnel
il-ferrovija tal-Eurotunnel

Il-forzi tas-sigurta Ingliżi qed jikkunsidraw it-twaqqif ta' 2,000 immigrant milli jidħlu fir-Renju Unit permezz tal-Eurotunnel, ferrovija bejn Pariġi u Londra, bħala waħda mill-akbar missjoni tat-tip tagħha. Minkejja dan din ma kinitx l-ewwel tax-xorti tagħha hekk kif eluf ta' immigranti pruvaw jagħmlu dan il-vjaġġ, xi kultant b'periklu għal ħajjithom. 

Is-sit Ingliż BBC irraporta kif il-passiġġiera kellhom dewmien ta' siegħa u nofs, siegħa fir-Renju Unit u nofs siegħa oħra fi Franza. F'Calais fi Franza eluf ta' immigranti mill-Etjopja, l-Eritrea, Sudan u l-Afghanistan ikkampjaw jistennew sakemm tasal il-ferrovija li fuqha jagħmlu l-vjaġġ għar-Renju Unit.

Intant il-kumpanija Eurotunnel qed tfittex lill-Gvernijiet tar-Renju Unit u Franza għall-kumpens minħabba d-dewmien li qed jinħoloq. 

More in Politika