Pjani għal sigurta' massima qabel titla fuq ferrovija

Nhar il-11 ta' Settembru mistenni jiltaqa' l-Kumitat tas-Sigurta' fit-Trasport tal-UE

Ritratti wara li kien mwaqqaf l-attentat ta' attakk fuq ferrovija Franċiża l-ġimgħa l-oħra (Ritratt: Voanews)
Ritratti wara li kien mwaqqaf l-attentat ta' attakk fuq ferrovija Franċiża l-ġimgħa l-oħra (Ritratt: Voanews)

Jista jkun illi jekk qed tippjana li tmur sar-Renju Unit se jkollok tinsa l-faċilita' illi biha tista titla fuq ferrovija, fuq jew taħt l-art. Dan minħabba li l-awtoritajiet tar-Renju Unit qed jippjanaw li jintroduċu miżuri ta' sigurta' massima fl-istazzjonijiet tal-ferroviji, simili ħafna għall-miżuri ta' sigurta' li jkun hemm fl-ajruport. 

L-Unjoni Ewropea qed tikkunsidra illi tobbliga lill-operaturi tal-ferroviji biex jintroduċu CCTV cameras f'kull vagun tal-ferrovija, f'attentat biex inaqqsu mill-biża li qamet wara attentat ta' attakk fuq ferrovija Franċiża  minn Ayoub El Khazzani. Dan ir-raġel mill-Marokk, li għamel seba' snin jgħix fi Spanja, hu meqjus bħala persuna ta' periklu potenzjali. El Khazzani inqabad b'kalashnikov, 270 biċċa f'munizzjon, pistola u flixkun mimli petrol. Kien prattikament massakru lest biex isir u, fortunatament, evitat.

Intant, għalkemm din hija materja strettament nazzjonali nhar il-11 ta' Settembru se jkun qed jiltaqa' l-Kumitat tas-Sigurta' fit-Trasport tal-Unjoni Ewropea li se jiddiskuti l-miżuri li għandhom jittieħdu biex ikun imnaqqas iċ-ċans ta' attakki simili għal dak li ppjana El Khazzani. Sussegwentement f'Ottubru mistenni jiltaqgħu l-Ministri tat-Trasport tal-UE biex jiddiskutu l-proposti tal-Kumitat. 

More in Politika