Sejħa ta' interess għal trasport fil-Port il-Kbir

Ikkonfermata l-istorja tal-ILLUM dwar proġett għal modi ġodda ta' trasport madwar il-Port il-Kbir li se jkompli fejn ħalla l-proġett 'Connection's imniedi fl-1998 u li tħalla fuq l-ixkaffa  

Il-Port il-Kbir, fejn il-Gvern qed jippjana li jkabbar il-potenzjal ta' modi differenti ta' trasport
Il-Port il-Kbir, fejn il-Gvern qed jippjana li jkabbar il-potenzjal ta' modi differenti ta' trasport

Storja fuq il-faċċata tal-ILLUM kienet ikkonfermata dalgħodu hekk kif il-Gvern permezz ta' Projects Malta Ltd ħarġet espressjoni ta' interess għal proġetti ta' modi differenti ta' trasport madwar il-Port il-Kbir. Mal-ġurnal ILLUM wrew l-interess tagħhom f'dan il-proġett kemm l-imprenditur Anġlu Xuereb kif ukoll il-kumpanija Captain Morgan. Dan il-proġett se jkun qed jerġa jqajjem mill-ġdid il-proġett Coonections li kien mniedi l-ewwel darba fl-1998 taħt Gvern Laburista wkoll, dak iż-żmien immexxi mill-Prim Ministru Alfred Sant.

L-istorja li dehret li dehret fis-16 ta' Awwissu fuq l-ILLUM
L-istorja li dehret li dehret fis-16 ta' Awwissu fuq l-ILLUM

Fl-istqarrija l-Gvern jgħid illi din is-sejħa hi parti mill-politika tal-Gvern li toffri soluzzjonijiet alternattivi lill-passiġġieri billi jinħolqu metodi differenti ta’ trasport f’din il-parti importanti tal-gżejjer Maltin.Fis-sejħa pubblika Projects Malta Ltd sostniet li l-ħsieb wara dan il-proġett hu li l-passiġġieri jkunu offruti trasport addizzjonali li jkun effiċjenti u effettivi, u dan biex jitnaqqas b’mod drastiku t-traffiku u l-ħin ta’ stennija.

Figuri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika maħruġa fl-aħħar kwart tas-sena li għaddiet juru li fit-toroq Maltin kien hemm 335,249 vettura liċenzjata. Hu kkalkulat li madwar 49% tal-popolazzjoni hi konċentrata fin-Nofshinar u t-Tramuntana tal-Port.

l-ħsieb wara dan il-proġett hu li l-passiġġieri jkunu offruti trasport addizzjonali li jkun effiċjenti u effettivi, u dan biex jitnaqqas b’mod drastiku t-traffiku

Il-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi qal li l-Gvern qed iħares ‘il quddiem għal ideat innovattivi ta’ trasport li jistgħu ekonomikament isaħħu ż-żoni ta’ bejn il-Port il-Kbir u l-Port ta’ Marsamxett u li jkunu ffinanzjati permezz tal-mudell tal-Public Private Partnership.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi qal li l-Gvern iħares b’mod pożittiv lejn inizjattivi bħal dawn, intiżi biex wieħed inaqqas id-dipendenza tiegħu minn vetturi privati, u mal-ħsieb tal-Gvern biex jonqsu l-vetturi mit-toroq, u allura jonqos it-traffiku u jonqos ukoll it-tniġġis fl-arja.

Il-proponenti prospettivi qed ikunu mitluba jissottomettu ideat li jwasslu għad-disinjar, il-bini u l-operat tar-rotot ġodda ta’ trasport li jkunu ta’ benefiċċju għall-ekonomija Maltija.

 

More in Politika