Aħarquhom kollha......

Attakki razzisti fuq siti soċjali u vilifikazzjoni lejn bnedmin bħalna

il-messaġġ razzista fuq Facebook
il-messaġġ razzista fuq Facebook

Huwa ironiku illi filwaqt li dan il-pajjiż qed juża ħafna mill-ħin tiegħu biex jiddiskuti jekk ir-reliġjon għandhiex tkun vilifikata jew le jidher li l-vilifikazzjoni ta' bnedmin bħalna tgħaddi daqs li kieku ma ġara xejn.

Filwaqt li mhux l-intenzjoni ta' dan is-sit li jagħmel xi battalja kontra individwu (fil-fatt ħassarna isimha u wiċċha) xtaqna inġibu għall-attenzjoni kumment mill-aktar razzista li għamlet din l-istess persuna illi ssuġġeriet li r-refuġjati għandhom jkunu maħruqin biex forsi jibżgħu u ma jiġux aktar lejn Malta. Filwaqt li s-sentiment huwa mill-aktar kundannabbli, tant li anke persuni li kkumentaw wrew id-diżaprovazzjoni tagħhom, huwa illegali wkoll li jintuża lingwaġġ li jinċita jew iħeġġeġ mibgħeda jew vjolenza kontra persuna oħra minħabba l-kulur, reliġjon, ġeneru jew orjentazzjoni sesswali.

More in Politika