[filmat] Miriam Dalli: Il-Valletta Summit għandu jindirizza l-għeruq tal-problema tal-immigrazzjoni

L-MEP Maltija tisħaq dwar l-importanza li l-Libja terġa tqum fuq saqajha
 

Miriam Dalli tindirizza s-Sotto Kumitat li tratta l-kriżi tal-immigrazzjoni
Miriam Dalli tindirizza s-Sotto Kumitat li tratta l-kriżi tal-immigrazzjoni

Meta kienet qed titkellem fis-sotto-kumitat tad-drittijiet tal-Bniedem dwar il-kriżi li għaddejja bħalissa fl-Ewropa b'eluf ta' immigranti jippruvaw jivvjaġġaw lejn pajjiż Ewropew,  l-Membru Parlamentari Ewropew Maltija Miriam Dalli appellat biex is-Summit li se jsir f'Malta bejn il-11 u t-12 ta' Novembru u li se jitratta l-immigrazzjoni jkun suċċess. Hija saħqet illi dan is-summit għandu jibda jindirizza l-għeruq tal-problema tal-immigrazzjoni.

F'intervent qasir Dalli saħqet illi mhux aċċettabbli li xi stati membri ma jikkunsidrawx l-immigrazzjoni bħala problema tagħhom u tkellmet ukoll dwar il-bżonn li l-Libja tingħata l-għajnuna kollha biex "tqum fuq saqajha".

Ara l-vidjow bil-kummenti ta' Dalli kif ukoll tar-Rappreżentanta Għolja tal-UE għall-Affarijiet Barranin u s-Sigurta' Fecerica Mogherini

 

 

More in Politika