David Casa jrid kontijiet tad-dawl u ilma irħas

L-MPE Nazzjonalista jgħid li l-Power Station il-ġdida hija dwar l-ego ta' Joseph Muscat

Il-Membru parlamentari Ewropew David Casa irrepeta dak li qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ftit ġranet ilu u sejjhaħ lill-Gvern preżenti biex il-kontijiet tad-dawl u l-ilma jonqsu fil-prezz. "Il-prezzijiet tal-fjuwil għandhom jirriflettu l-prezzijiet tas-suq u dan it-tnaqqis għandu jkun mgħoddi lill-konsumatur" qal Casa.

Huwa kompla jgħid li issa saret ċara illi l-power station li qed jibni dan il-Gvern hija bla bżonn u mhux neċessarja "minħabba li l-użu tal-interconnector jissodisfa il-bżonnijiet domestiċi tal-pajjiż biżżejjed". Casa kompla jgħid illi l-power station ta' Delimara hija kollha dwar l-ego ta' Joseph Muscat "u mhux dwar dak li l-pajjiż verament għandu bżonn". Casa, li kien qed jitkellem waqt attivita' tal-Partit Nazzjonalista, sostna li l-bini tal-power station hija "saga teatment ta' nuqqas ta' trasparenza ta' dan il-Gvern". Casa qal ukoll illi l-Power Station il-ġdida se żżid it-tniġġis. 

 

 

 

More in Politika