Il-Ministeru tal-Affarijiet barranin ħareġ stqarrija biex jikkoreġi żball fir-risposta Parlamentari dwar is-salarju ta' Salvino Giusti li tgħid hekk:
Ħlas lill-Adviser, Consular Affairs
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jgħarraf li informa lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati li fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 17741, il-figura indikata bħala ħlas lill-Adviser, Consular Affairs, is-Sur Salvino Giusti, kellha taqra €28,420 fis-sena u mhux kull erba’ ġimgħat. Flimkien mas-salarju, is-Sur Giusti jitħallas ukoll €59,261 fis-sena bħala Post Adjustment Allowance peress li qiegħed jaqdi d-dmirijiet ta’ Konslu Ġenerali f’Sydney, l-Awstralja.
Aktar qabel:
Minn informazzjoni li ħarġet min mistoqsija Parlamentari ta' Kristy Debono ħareġ li Salvino Giusti li hu konsulent dwar affarijiet tal-Konsolat f'Sydney, l-Awstralja jitħallas €28,000 kull 4 ġimgħat li jġibu €1,000 kuljum li jinkludu wkoll il-weekends.
Hu ġie maħtur bħala persuna ta' fiduċja minn Frar tas-sena l-oħra u irċieva allowance ta' €60,000 bħala allowance biex jissetilja. Il-Minsitru George Vella qal li l-ministeru juża s-servizzi ta' disa konsulenti bħala persuni ta' fiduċja.