Id-distakk bejn iż-żewġ partiti naqas minn 35,000 għal madwar 21,500, u dan meta jiġu esklużi dawk il-votanti li għadhom ma ddeċidewx jew dawk li ma jixtiqux jivvutaw. B'hekk, b'dan id-distakk bejn iż-żewġ partiti, il-Partit Laburista naqqas 13,400 vot minn dawk li kienu vvutawlu fl-2013.
Min-naħa l-oħra, fost is-switchers Nazzjonalisti li kienu vvutaw għall-Partit Laburista għall-ewwel darba, kien hemm 31.8% li qalu li se jerġgħu jivvutaw għall-Partit Nazzjonalista li hija żieda sostanzjali mit-12% f'Marzu.
Dan joħroġ minn stħarriġ ippubblikat mill-gazzetta MaltaToday tal-Ħadd li għadda. F'dan l-istess stħarriġ ġie mistoqsi lil min jivvutaw in-nies li kieku kellha ssir elezzjoni għada. Għal din il-mistoqsija, 32.2% qalu li jivvutaw lill-Partit Laburista, 28.1% lill-Partit Nazzjonalista, 1.7% lill-Alternattiva Demokratika. Minbarra dawn, 14% wieġbu li mhux se jivvutaw, waqt li 13.3% u 10.7% qalu li ma jafux jew ma wieġbux rispettivament.
Dan iwassal lil Joseph Muscat jibqa l-aktar mexxej popolari u fdat b' 40%, fejn komopla jżid il-fiduċja. Dan waqt li Simon Busuttil għandu l-fiduċja ta' 29.3% li hija wkoll żieda fil-fiduċja, u hija żieda ikbar minn dik li kellu l-mexxej Laburista.