Tħassib dwar mewġa ta’ applikazzjonijiet għal pompi tal-petrol

Il-politika l-ġdida tal-MEPA tippermetti li pompa tal-petrol tista titkabbar sa 3,000 metru kwadru

Front Ħarsien ODZ qed jesprimi tħassib dwar numru dejjem jikber ta’ applikazzjonijiet għall-iżvilupp ta’ pompi tal-petrol barra miż-żoni ta’ żvilupp. Il- Front jinnota li l-mewġa ta’ applikazzjonijiet qed iseħħ fid-dawl tal-politika gdida approvata mill-MEPA u mill-gvern li tiffaċilita l-approvazzjoni ta’ pompi tal-petrol barra miż-żona ta’ żvilupp. Dan jista' jwassal għal iktar urbanizazzjoni li tnaffar id-distinzjoni bejn żoni urbani u żoni rurali, b’mod li jista’ joħloq preċedent għal iktar żvilupp fil-futur. 

Il-politika approvata s-sena li għaddiet tippermetti r-rilokazzjoni ta’ pompi tal-petrol minn żoni urbani għal siti barra ż-żoni ta’ żvilipp il-pompi tal-petrol fl-ODZ jistu jitkabbru sa 3000 metru kwadru. Il-politika (policy) tippermetti wkoll il-ftuħ ta’ pompi tal-petrol kompletament ġodda f’żoni ODZ klassifikati bħala żoni industrijali u żoni ta’ konteniment.

Il-Front hu partikolarment imħasseb bi klawsola tal-politika gdida li tippermetti pompi tal-petrol ġodda fuq medda ta’ art ta’ 3000 metru kwadru fuq żoni ODZ li jinsabu faċċata jew qrib żoni industrijali u żoni ta' konteniment. Dan ifisser estensjoni ta’ żoni industrijali fil-kampanja jew l-għelieqi madwar dwar is-siti. 

Il-Front jaqbel mar-rilokazzjoni tal-pompi tal-petro eżistenti f’żoni urbani minħabba r-riksji għar-residenti li jgħixu fil-madwar. Madankollu dawn għandhom jiġu rilokati biss f’żoni industrijali u għandhom ikunu tal-istess daqs tal-pompa tal-petrol li jkunu qed jissostitwixxu. Għandhom jiġu kunsidrati siti ta’pompi tal-petrol abbandunati.  Pompi tal-petrol ġodda qatt m’għandhom jingħataw permess fl-ODZ.

“M’hemm l-ebda ġustifikazzjoni għal pompi tal-petrol ta’ 3000 metru kwadru f’post żgħir bħal Malta.”

Il-Front qed joġġezzjoni għal ħames applikazzjonijiet għal-pompi tal-petrol fl-ODZ li ġew preżentati fl-aħħar xhur. Tnejn minn dawn qed jiġu proposti fi Triq Burmarrad, waħda minn  Tumas Group u oħra minn Construction and Turnkey House Ltd. Front Ħarsien ODZ qed joġġezzjona wkoll għal pompi tal-petrol proposti fi Triq is-Salini Naxxar, fi Triq l-Imdina f’Attard, u fi Triq l-Industrija f’ Ħal-Kirkop.

Il-Front se jaħdem biex ikun hemm skrutinju sħiħ ta’ dawn l-applikazzjonijiet u jsejjaħ lil gvern biex jirrevedi l-politika tiegħu biex jevita l-qirda ta’ żoni ambjentali.

 

More in Politika