Fiż-żona tal-Port il-Kbir il-lokalita' bl-akbar numru ta' djar vojta, kif mistenni, hija l-Belt Valletta. Fil-fatt fil-belt kapitali Maltija hemm b'kollox 1,363 dar ' li hija vojta. Il-kwistjoni ta' djar jew anke proprjeta' vojta fil-belt kapitali ilha tkun dibattuta, anke jekk fl-aħħar snin jidher li nqabad rittmu ta' djar u proprjetajiet fil-Belt Valletta li qed jinbidlu f'lukandi żgħar jew qed jinxtraw għall-użu residenzjali.
Wara l-Belt, fiż-żona li tkopri l-ewwel distrett, hemm il-Ħamrun li fih hemm 1,030 dar li huma vojta.
Din l-informazzjoni ingħatat ilejla fil-Parlament mill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna għall-mistoqsija tad-Deputata Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici.