[Aġġornat] Claudio Grech: Lil George Farrugia kellimtu darba fl-2012
L-MP Nazzjonalista Claudio Grech jagħti stampa tal-kaos li kien hemm fl-Enemalta fi snin 2002 u 2003..taħt Gvern Nazzjonalista
More in Politika
L-MP Nazzjonalista Claudio Grech jagħti stampa tal-kaos li kien hemm fl-Enemalta fi snin 2002 u 2003..taħt Gvern Nazzjonalista
Claudio Grech, mistoqsi mill-Ministru Owen Bonnici, l-ewwel qal li lil George Farrugia ma jafux, qatt ma kellmu u qatt ma ltaqa miegħu. Mistoqsi minn Bonnici Grech wieġeb "le" għal mistoqsijiet dwar jekk jafx jew qattx kellu xi laqgħa jew irċieva flus minn GeorgeFarrugia, il-persuna f'nofs il-kontroversja u l-każ tax-xiri taż-żejt. Minkejja dan ftit mumenti wara, ammetta li ltaqa' ma' Farrugia fl-2012. Iċċara iżda li fl-ebda mument ma kellem lil Farrugia fuq xogħol imma kienet biss "laqgħa ta' konoxxenza". Huwa qal ukoll li mill-familja kollha hu kien jaf l-iktar lil Ray, mhux George Farrugia.
Claudio Grech ċaħad bl-aktar mod qawwi illi hu, xi darba organizza attivita' ta' Austin Gatt, fil-Valentine's Hall, għalkemm qal illi huwa attenda għall-attivita'. Din is-sala fil-Ħamrun spiċċat f'nofs kontroversja hekk kif minn każ l-Qorti, f'xhieda li kien qed jagħti l-Editur Maniġerjali ta' Mediatoday Saviour Balzan, kien ħareġ illi George Farrugia kien offra l-użu mingħajr ħlas tas-sala lill-eks-Ministru Gatt.
Il-MP Nazzjonalista Claudio Grech li bħalissa qed jagħti x-xhieda tiegħu quddiem il-Kumitat tal-Kamra għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) dwar il-każ tax-xiri taż-żejt, iddeskriva l-ingaġġ ta' Konrad Mizzi, llum il-Ministru responsabbli mill-istess kumpanija, bħala xi ħaġa li ġabet "bidla bla preċedent u li kienet bdiet iddaħħal "kultura radikalment ġdida fl-Enemalta".
Filwaqt li qal dan l-MP Nazzjonalista spjega kif fl-2002 u l-2003, l-Enemlat ma kellha ebda pjan strateġiku, ebda idea ta' kif jista jibda jsir investiment fil-kumpanija, kif se jitħallas id-dejn li kien diġa kellha l-Enemalta, sistema ta' xiri "kaotika" u li matul dik is-sena biss kienu ngħataw 300 direct order, huwa qal ukoll li ma kienx hemm sistema adegwata ta' ġbir tal-ħlasijiet, l-ebda sistema ta' awditjar intern u sistema fejn l-Enemalta kellha 200 grad ta' ħaddiema.
Meta Austin Gatt kien Ministru Claudio Grech kien qrib ħafna tiegħu, kemm fl-amministrattiv kif ukoll fuq livell ta' partit.