Josef Bugeja: l-ħaddiem huwa investiment mhux spiża

Is-Segretarju ġenerali ġdid tal-GWU jisħaq dwar il-bżonn tas-solidarjeta' u l-ħarsien tal-prinċipji xellugin tal-unjin

Josef Bugeja
Josef Bugeja

Il-fatt li l-GWU hija xellugija kienet tea li qamet diversi drabi waqt konferenza ta' nofs ta' nhar illi matulha inbidlet it-tmexxija tal-istess unjin. Is-Segrettarju Ġenerali l-ġdid Josef Bugeja saħaq illi l-GWU jeħtieġ tibqa tasserrixxi l-bżonn li tkun unjin xellugija. Iktar minn hekk, huwa qal li "l-prinċipji xellugin għandhom jibqgħu s-sisien ta' pajjiżna". Anke l-eks-Segretarju Ġenerali Tony Zarb saħaq dan bil-qawwa u spjega kif il-GWU tibqa' għaqda li trid iġġib lill-ħaddiem u l-pensjonant, l-ewwel u qabel kollox. 

Intant fl-ewwel diskris tiegħu Bugeja qal illi jemmen illi f'kull tibdil il-GWU se tibqa' taħdem ukoll ma' min iħaddem. Għamilha ċara iżda li l-unjin temmen illi l-ġid li jinħoloq jeħtieġ li jgaqwdi minnu l-ħaddiem ukoll. "Il-ħaddiem għandu jkun investiment mhux spiża", sostna Bugeja. 

Huwa kompla jgħid kif il-GWU se tkun qed taħdem biex tiġġieled aktar kwistjonijiet bħall-vjolenza domestika u r-raziżmu. "Irridu nkunu katalisti tal-bidla, irridu naraw li kull bidla jkollha ruħ soċjali, irridu nkomplu jiġġieldu l-prekarjat u biex intejbu l-ħajja tal-pensjonant" saħaq Bugeja li qal illi l-GWU jeħtieġ tagħti wiċċ aktar soċjali lin-neo liberaliżu. "M'għandiex niddejqu nipprotestaw b'mod ċivili" sostna Bugeja.  

 

More in Politika