Meta kien qed jindirizza laqgħa tal-Ministri tal-Intern tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu aktar kmieni llum, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, qal li l-Valletta Summit se jkun opportunità unika biex jagħti nifs ġdid fil-kooperazzjoni bejn l-Ewropa u l-Afrika f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-immigrazzjoni.
Dan is-Summit, li se jsir f'Malta fil-11 u 12 ta’ Novembru li ġej se jġib flimkien mexxejja tal-Unjoni Ewropea dawk Afrikani biex jiddiskutu firxa ta’ inizjattivi konkreti biex tkun indirizzat l-migrazzjoni fil-Mediterran. F'dan ir-rigward, il-Ministru Abela qal li Malta qiegħda tistenna riżultati tanġibbli u impenji li jimplimentaw azzjonijiet miftiehma.
Matul il-laqgħa fil-Lussemburgu, il-Ministri ddiskutew ukoll il-futur tal-Politika tar-Ritorn tal-UE għal dawk l-immigranti li jaslu illegalment u ma jikkwalifikawx għall-protezzjoni internazzjonali.
Carmelo Abela qal li “r-ritorn effettiv ta’ dawk li m’għandhom ebda dritt li jibqgħu fi ħdan l-UE,huwa element essenzjali fiż-żamma tal-vijabilità tas-sistema tal-ażil tal-UE”. Il-Kunsill qabel dwar diversi miżuri biex ittejjeb l-effiċjenza ta’ ritorn u r-riammissjoni, u enfasizzaw l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi terzi ta’ oriġini f'dan il-kuntest.
Il-futur tal-immaniġjar tal-fruntieri tal-UE fruntiera kien suġġett ieħor fuq l-aġenda tal-Kunsill. Filwaqt li enfasizza li l-kontroll tal-fruntieri għandhom dejjem jibqgħu kompetenza sovrana, il-Ministru Abela esprima l-appoġġ għall-isforzi biex issaħħaħ l-istrutturi eżistenti - b'mod partikolari l-irwol u l-kapaċità operattiva tal-Frontex.
Huwa esprima wkoll l-appoġġ tiegħu għall-eżerċizzji ta’ qsim tal-fruntieri Ewropej lejn titjieb u preparazzjoni mill-Istati Membri u l-kapaċitajiet tagħhom biex jirrispondu għal kriżijiet emerġenti. Huwa enfasizza wkoll l-importanza tal-Frontex tassisti pajjiżi terzi biex jibnu l-kapaċitjiet tagħhom dwar l-immaniġjar tal-fruntieri.
Il-Ministri ġew ukoll aġġornati fuq għadd ta’ miżuri li għaddejjin relatati mas-sigurtà interna u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja u organizzata kontra l-qsim tal-fruntieri. Il-Kunsill qabel ukoll miżuri għat-tisħiħ fil-ġlieda kontra t-traffikar illegali ta’ armi tan-nar.
Aktar tard il-Ministru Abela pparteċipa fil-Konferenza ta’ Livell Għoli dwar ir-rotta tal-migrazzjoni fil-Lvant tal-Mediterran l-Punent fil-Balkani wara l-laqgħa tal-Kunsill, fejn l-UE, it-Turkija u l-pajjiżi Balkani tal-Punent sejiddiskuti l-kriżi tar-refuġjati bil-għan li jsir ftehim dwar sensiela tal-miżuri li għandhom jittieħdu fi spirtu ta’ sħubija u responsabbiltà biex jiffaċċjaw din l-isfida komuni.