[ Vox Pop] Il-pensjonijiet u t-trasport pubbliku fuq moħħ il-Maltin

X'qed tistenna mill-Baġit? L-ILLUM iżżur il-Belt Valletta biex isaqsi lin-nies x'inhu dak li qed jistennew

X'qed jistennew mill-Baġit tal-lejla n-nies?
X'qed jistennew mill-Baġit tal-lejla n-nies?
X'qed tistenna mill-Baġit? • Filmat: Chris Mangion

Il-Baġit tal-lejla se jkun l-ewwel wieħed minn sensiela twila li għandhom jiġu ppreżentati fil-Parlament il-ġdid. Huwa wkoll it-tielet baġit tal-Gvern Laburista u tal-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna.

Imma lil hinn minn dawn il-fatti u figuri dwar il-baġit, dak ta’ għada huwa wieħed, bħall-oħrajn, fejn il-poplu jara x’miżuri se jiġu implimentati u finalment, f’liema oqsma tal-ħajja tagħhom se jkunu qed jaraw l-effetti, l-aktar dawk fuq il-but.

 L-ILLUM żar il-Belt Valletta fejn staqsa lin-nies dwar x’inhu dak li qed jistennew mill-baġit li ġej. Il-kwistjoni li l-aktar kienet fuq fomm in-nies kienet biex il-Gvern jindirizza l-pensjonijiet u l-aktar gruppi ta’ nies vulnerabbli fis-soċjetà, li kapaċi jkunu f’riskju ta’ faqar. Dan għaliex, kif sostnew uħud mill-persuni li tkellmu ma’ din il-gazzetta, qed ikun hemm faxex ta’ nies fis-soċjetà li qed jaffaċċjaw problemi biex ilaħħqu mal-ħajja.

Kwistjoni oħra li qamet bosta drabi fil-kummenti hija dik tat-traffiku u tat-trasport pubbliku, li tidher illi hija pjaga fost dawk il-persuni li jispiċċaw jaħlu sigħat sħaħ imwaħħlin fit-toroq. Kien hemm uħud li semmew it-taxxi u l-prezzijiet ta’ oġġetti ta’ kuljum bħall-fuel, li uħud sostnew għandhom jirriflettu l-prezzijiet barra minn Malta. Dawn huma uħud mit-tweġibiet għall-mistoqsija “X’qed tistenna mill-baġit?”

More in Politika