Se jibda x-xogħol fuq skola ġdida f’San Pawl il-Baħar

€10,000 f'krediti tat-taxxa għal min iħaddem studenti b'dottorat jew li qed jistudjaw biex ikollhom dottorat fix-xjenza

Wara l-ftuħ tal-iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke din is-sena l-Gvern se jkun qiegħed jibda x-xogħol biex tibda l-ewwel fażi tal-iskola tal-Gvern ta’ San Pawl il-Baħar. Din l-iskola hija unika għax filwaqt li fiha jattendu fost l-akbar numru ta’ studenti, fiha jattendu l-akbar numru ta’ nazzjonalitajiet differenti fi skola Maltija.

L-iskola li hemm preżentement hija waħda li ma tlaħħaqx mad-domanda li hemm fil-lokal. 

Apparti minn dan, il-Ministru Scicluna ħabbar illi se jsir xogħol ta’ manteniment fil- grawnd fl-iskola ta’ Marsaskala, fl-iskola ta’ Ħal Kirkop u Ħad Dingli u l-bini li kien tat-Teżor għall-użu tad-Dipartiment tal-eżamijiet.

Se jibda x-xogħol fuq il-kampys tal-Universita’ f’Għawdex, jitkompla x-xogħol fuq il-kampus il-ġdid tal-MCAST u se jikber l-investiment f’child care centres.

Biex jinkoraġixxi aktar riċerka l-Gvern se jkun qiegħed ukoll jgħin intrapriżi li jħaddmu persuni li għandhom dottorat jew qed jistudjaw għal dottorat fix-xjenza billi jagħtihom kreditu fiskali ta’ €10,000 meta l-impjiegi ta’ dawn ikunu miżmumin għal aktar minn 12-il xahar. 

More in Politika