Il-Gvern se jkun qed jibda proġett li permezz tiegħu se jinbena ITS ġdid b’investiment ta’ €56 miljun f’Smart City. Dan qalu l-Minstru tal-Finanzi Edward Scicluna.
L-ITS il-ġdid se jkun qed iservi l-ħtiġijiet tal-istudenti Maltin u tal-ħaddiema tal-industrija u se jgħin biex ikunu attirati studenti barranin biex jistudjaw f’Malta.
Intant il-Gvern ħabbar kif mis-sena akkademika li jmiss il-Gvern se joffri €233 f’għotja lil kull student li jattendi l-ITS. Din l-għotja se tingħata lill-istudenti għall-ewwel darba.