Il-baġit 2015 fih miżura li permezz tagħha mhux se jibqgħu jittieħdu €16.30 mingħand kull tifel u tifla ta' ġenituri li jinsabu fil-bżonn u li ma jistgħux joħorġu jaħdmu.Sa issa kull wild li jibqa' jgħix mal-ġenituri li jkollhom problemi li jimpeduhom milli jaħdmu kellhom iħallsu €16.30
Il-Gvern ħabbar ukoll li se jkun għaddej bi proġetti biex isiru hubs madwar il-pajjiż għal persuni b'diżabilita'. Dawn il-hubs se jinkludu hostels, respite centre, spazji kummerċjali, pixxina, ċentru matul il-jum u parkeġġ taħt l-art.