'Il-Power station il-ġdida m'għandniex bżonnha'

Simon Busuttil iqabbel il-prezz tad-diżil ta' Malta ma ta' Barcelona u jgħid li l-Gvern qed jisraq lin-nies

Il-kap tal-Oppożizzjoni, waqt li kien qiegħed jirrispondi għall-baġit, qal illi Gvern tal-PN se jixtri l-elettriku biss minn fejn ikun irħas u li mhux se jintrabat ma' ftehim li għamel dan il-Gvern. Għal bosta drabi huwa saħaq illi l-Power Station tal-electrogas il-pajjiż m'għandux bżonnha għax qed iġib biżżejjed elettriku minn sorsi oħrajn, fosthom mill-Interconnector. Filwaqt li fakkar li dan kien proġett ta' Gvern Nazzjonalista Busuttil saħaq illi l-Gvern qed jixtri bi ftit aktar minn 6ċ u jbiegħ l-istess elettriku mill-interconnector b'madwar 9ċ. 

Huwa qal illi l-Power station se tkun qed tinbena biex il-Prim Ministru ma jkollux għalfejn jirreżenja.

Dwar il-petrol u d-dijżil Busuttil akkuża lill-Gvern li qed jisraq lin-nies u filwaqt li qabbel il-prezzijiet ta' Malta ma' dawk ta' Barcelona, saħaq illi ma kull €30 li persuna titfa' f'petrol "l-Gvern qed jisirqek €8.50 u ma kull  €30 dijżil qed jisirqek €7.50".

More in Politika