L-armata Slovena se tgħasses il-fruntiera tal-pajjiż

Il-pajjiż se jippermetti sa mhux iktar minn 2,500 persuna tidħol mill-fruntiera

Ritratt mtella fuq twitter mid-Daily Sabah ta' immigranti deħlin il-Kroazja
Ritratt mtella fuq twitter mid-Daily Sabah ta' immigranti deħlin il-Kroazja

Hekk kif il-Kroazja fetħet il-fruntieri tagħha biex eluf ta' immigranti jkunu jistgħu jgħaddu jidher illi l-Gvern tal-Islovenja għadu kif propona liġi illi permezz tagħha l-armata se tkun qegħda tgħasses il-fruntieri tal-pajjiż biex is-sorveljanza tal-fruntiera tkun waħda iktar iebsa. 

Dan huwa l-aħħar żvilupp fil-kwistjoni tal-immigranti ftit biss wara li l-Kroazja fetħet il-fruntiera tagħha mas-Serbja u ħalliet eluf kbar ta' immigranti jgħaddu mill-fruntiera. Il-Prim Ministru Kroat ammetta illi l-egħluq tal-fruntiera ma kinitx soluzzjoni "għalhekk iddeċidejna li nħalluhom jgħadu fi triqithom lejn l-Islovenja". Minn naħa tagħha l-Islovenja ħabbret ukoll illi se tkun qed tħalli mhux iktar minn 2,500 persuna kuljuum tidħol fil-pajjiż. 

More in Politika