Minkejja li meta kien qed ikun diskuss id-divorzju kienu bosta li beżgħu illi n-numru ta' dawk il-koppji li se jiddivorzjaw se jkun kbir, l-ewwel indikazzjonijiet juru li dan ma kienx il-każ. Fil-fatt mill-ewwel sena sħiħa meta id-divorzju kien liġi sas-sena l-oħra n-numru ta' dawk li kienu qed jitolbu divorzju naqas. Fl-2012, l-ewwel sena li matulha d-divorzju kien legali, kien hemm b'kollox 432 talba għal divorzju. Dan in-numru niżel għal 349 fl-2013 u għal 320 fl-2014. Din is-sena sal-11 ta' Settembru kienu applikaw għad-divorzju 243 persuna.
F'Għawdex, fl-2012 kien hemm 18-il talba għal divorzju filwaqt li din is-sena sal-11 ta' Settembru kien hemm 12. B'kollox mill-aħħar tliett xhur tal-2011 sa' Settembru ta' din is-sena f'Malta kien hemm 1,386 talba għal divorzju filwaqt li f'Għawdex kien hemm 50.
Din l-informazzjoni taha il-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali Owen Bonnici għall-misoqsija Parlamentari tal-MP Laburista Godfrey Farrugia