Il-Kabinett jiddiskuti l-Burka

Diskussjonijiet dwar il-burka f'postijiet pubbliċi, fosthom waqt is-sewqan

Il-Kabinett tal-Ministri jinsab f'diskussjonijiet dwar l-użu ta' lbies li jgħatti parti mill-wiċċ jew il-wiċċ kollu, bħall-burka. Dan qam wara diversi domandi dwar sigurtà nazzjonali, meta dan l-ilbies ikun qed jintlibes fil-pubbliku jew waqt is-sewqan.

Fil-fatt, dwar dan, diġà kien hemm żewġ membri parlamentari min-naħat differenti tal-kamra li wrew in-nuqqas ta' approvazzjoni tagħhom għal dan l-ilbies, tant li sejħu għall-projbizzjoni ta' dan l-istess ilbies.

Il-Ministru Helena Dalli kkonfermat li qed issir din id-diskussjoni fil-Kabinett, skont termini ta' referenza li ngħatat mill-Prim Ministru dwar liġijiet ċari u politika dwar ilbies li jgħatti l-wiċċ.

More in Politika