B'kollox matul is-snin 2013, 2014 u l-2015, s'issa, il- Maltin xtraw kważi 50,000 karozza ġdida jew second hand. L-aktar li nxtraw karozzi kienet fis-sena 2014 ġew irreġistrati b'kollox 18,646 karozza, jew 10,617-il karozza second hand u 8,028-il karozza ġdida. Fl-2013 kienu rreġistrati 15,807 karozzi, li minnhom 7,171 kienu ġodda u 8,636 kienu second hand. Din is-sena, s'issa, diġa kienu rreġistrati mal-14,700 karozza, li minnhom 7,653 kienu wżati u 7,041 kienu ġodda.
Apparti minn dan kienu rreġistrati wkoll mat-3,000 mutur ġdid.
Din l-informazzjoni ħarġet filk-Parlament f'risposta tal-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura Joe Mizzi għall-mistoqsija tad-Deputata Nazzjonalista Marthese Portelli.