Ix-xogħol fuq il-funtana ta' Triton, xogħol Ċensu Apap, se jkun qed jieħu madwar sena u nofs u se jiswa b'kollox €1.5 miljun.Waqt il-bulletin tal-aħbarijiet tal-PBS kien spjegat kif Dan il-proġett se jseħħ hekk kif il-Gvern, permezz tal-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura ħareġ sejħa biex il-privat jiddizinja l-funtana, jirranġt il-bronż li minnu magħmulin it-Tritoni u jopera ladarba x-xogħol jkun lest.
Ix-xogħol ta' restawr wara snin ta' nixfa se jfisser illi din il-funtana, l-aktar waħda prominenti u l-isbaħ li hawn fil-gżejjer Maltin se tkun lesta qabel mal-Belt Valletta tkun il-Belt Kapitali Kulkturali tal-Ewropa fl-2018.