Joe Cassar jitlob protezzjoni minn rikatt

L-ex ministru tas-Saħħa qed jallega li r-rigali li ngħata minn Gaffarena inbidlu f'rikatt

L-alegazzjonijiet fuq L-eks Ministru tas-Saħħa, il-psikjatra Joe Cassar li ħallas donazzjoni lil partit ta' €1,000 wara li ngħata rigal ta' karrozza mingħand Joe gaffarena qed jitlob il-protezzjoni tal-ispeaker kontra t-theddid ta' rikatt kontra l-familja tiegħu.

Il-parlamemntari Nazzjonalista ammetta li taha donazzjoni ta' €1,000 talli kien akkwista karrozza għal bintu mill-imprenditur tal-proprjeta, Joe gaffarena wara li dan irrifjuta li jitħallas tal-karrozza.

Cassar ammetta l-ewwel darba li akkwista xi tip ta' rigal mingħand il-famuż Gaffarena lil Malta Today. Iżda attakka Michael Falzon fil-parlament li taħtu iben Gaffarena ingħata proprjeta ta' €1.65 miljun l-belt li il-każ jinsab taħt l-investigazzjoni tal-Awditur Nazzjonali.

 

"Falzon attakkani personali fil-kamra tar-tappreżentanti mingħajr ma semma ismi iżda qal li membru tal-oppożizzjoni ingħata rigal ta' karrozza," qal cassar. Danb il-gvern qed juża attakki personali biex jaħbi xturu."

L-alegazzjonijiet fuq il-familja tiegħi huma gideb," qal Cassar li ipprova jnaqqas il-gravita tal-kas billi qal li l-€1,000 taha bhala donazzjoni lil partit biex b'hekk ikun ħallas il-karrozza li xtara għal bintu. Cassar fl-2012 meta irċieva l-karrozza kien ministru tas-Saħħa.

"Gaffarena dejjem kien jitlobni biex niltaqa miegħu għax fija kien sab xi ħadd li jisimgħu" kompla Cassar, "kien anke bkieli meta l-gvern nazzjonalista ma tahx permess għal petrol station li hu estenda b'mod illegali. Kien jgħidli li l-familaj tiegħu ma kelliex minfejn tgħix mingħajr il-petrol station.

"Xtaqt ngħinu u għalhekk meta binti għalqet 18-il sena xtrajtilha karrozza mingħandu li kienet tiswa €1,000 u kienet Peugeot li kienet ilha barra 12-il sena. Gaffarena qalli li flok inħallsu nagħtihom lil partit iżda ma riedx li npoġġi ismu bħala donatur biex ma jurix lil familja teigħu li taha l-flus lil partit.". Sadattant l-eks ministru għadu ma poġġiex fuq il-mejda riċevuta ta' din id-donazzjoni lil partit.

"M<eta Gaffarena kien jiġi għandi kien dejjem jgħidli li jmissu għandu kameras tas-sigurta madwar id-dar tiegħi u meta semgħetu l-mara kienet tkexkxet..Ftit tax-xhur wara nsib persuna jistallali dawn il-kameras. Għamilt xhur nipprova nħġallas lil min waħħalomli iżda dejjem ħarabli."

Cassar qal li hu kien konvint li dawn ir-rigali kienu parti minn frame up.

 

More in Politika