Joe Cassar irriżenja minn shadow minister tal-PN

Simon Busuttil qal li Cassar bħalissa ma jistax ikun kelliem għall-oppożizzjoni

Joe Cassar irriżenja minn shadow minister tal-PN b'Simon Busuttil jaċċetalu r-riżenja fejn qal li għalissa Cassar mna jistax ikun parti mix-shadow cabinet tal-PN u għalhekk issa m'għadux il-kelliem għall-kultura.

Dan wara li l-malta Today ħarġet l-istorja li Cassar meta kien ministru tas-saħħa ħalla lil Joe Gaffarena iħallaslu ix- xogħol ta kostruzzjoni li sar fid-dar tiegħu Ħad-Dingli. Dan barra li aċċetta CCTV cameras mal-istess dar imħallsin minn Gaffarena u xtara karrozza għal binti ta' €1,000 li flok ħallas lil gaffarena qal li għaddihom bħala donazzjoni lil PN.

Cassar qal li għalkemm hu m'għamel xejn ħażin ħlief li ħalla bniedem bla skrupli jieħu vantaġġ minnu, jiskuża ruħu mal-elettorat. Fejn kompla jgħid li dan sar madwar 3 snin ilu. Dwar il-kodiċi ta' etika Cassar qal, "ma kien hemm l-ebda rigali x'niddikjara u għalhekk ma neminx li ksirt l-kodiċi tal-etika. Hi minħabba l-manipulazzjoni tal-avvenimenti kif saru li llum qed jidhru bħala rigali."

More in Politika