Falzon - M'inix politikament responsabbli fil-każ ta' Gaffarena

Jgħid li anke l-Kap Nazzjonalista qal li hu ma rċeviex flus mingħand Gaffarena u jfakkar kif hu dejjem iddikjara kull ma qala'

Fl-ewwel kummenti lill-midja minn mindu qam il-każ ta' Joe Cassar is-Segretarju Parlamentari Michael Falzon spjega kif hu mhux responsabbli politikament fil-każ ta' Gaffarena. "Anke l-Kap tal-Oppożizzjoini qal li jien ma ħadtx flus mill-esproprijazzjoni". 

Intant Falzon, li kien qed iwieġeb mistoqsijiet tal-ġurnalisti sostna wkoll li hu dejjem ħallas għall-karozzi li xtara, li dejjem ħallas għal xogħolijiet fid-dar tiegħu u li dejjem iddikjara dak kollu li qala', f'botta ċara lejn l-akkużi li satru lill-eks-Deputat nazzjonalista Joe Cassar. 

Falzon spjega kif il-valwazzjoni tal-proprjeta' li esproprija l-Gvern saret mid-Dekan għall-Fakulta' tal-Ambjent Mibni Joseph Spiteri "jiġifieri ma nafx kif stajna konna iktar trasparenti minn hekk." 

More in Politika