Fl-awdjoviżiv li qed nirriproduċu hawnhekk hemm deskrizzjoni tal-assistenza u s-servizzi li Malta tipprovdi permezz ta’ numru ta’ Dipartimenti tal-Gvern b’mod partikolari dawk li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, lil dawk li jibbenifikaw minn protezzjoni internazzjonali.
Dawn jinkludu: l-Forzi Armati ta’ Malta, il-Korp tal-Pulizija (Taqsima tal-Immigrazzjoni), il-Prevenzjoni tal-Mard Infettiv u Kontroll, l-Aġenzija għal Harsien ta’ Persuni li jkunu qed ifittxu l-Asil (AWAS) u l-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati.
B'referenza għan-numru ta' mwiet ta' immigranti rregistrati li seħħew din is-sena waqt li ppruvaw jaqsmu lejn l-Ewropa, il-Ministru ghall-Intern u s-Sigurta' Nazzjonali Carmelo Abela saħaq li; “l-istatistika mhix biss ċifri. Dawn jirrappreżentaw familji separati għal dejjem u b’dispjaċir, telf traġiku ta’ ħajjiet. Din is-sitwazzjoni ta’ qsim il-qalb tappella għal azzjoni immedjata mill-pajjiżi kollha. Id-dewmien biex naġixxu mill-pajjiżi kollha, se jikkawża aktar telf ta’ ħajjiet. L-Ewropa u d-dinja iridu jaġixxu issa”.In-Nazzjonijiet Uniti żvelat li fis-sena li ġejja l-fenomenu tal-immigrazzjoni mistenni li jilħaq rekord ġdid.
“Iffaċjati b’din it-traġedja umana, l-Ewropa ma tistax taffordja li mmorru minn kriżi għal oħra. Għandna bżonn soluzzjonijiet dejjiema. Irridu naġixxu b’kollaborazzjoni mal-imsieħba tagħna fuq livell globali”, temm jgħid il-Ministru Abela.
Albert Gauci Cunningham, 38 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta ILLUM u tas-sit illum....